Ta’ Pinu għat-tiswija Jannar kollu

Il-Gozo Channel ħabbret li l-vapur MV Ta’ Pinu se jkun fid-Dry Docks għat-tiswijiet fil-biċċa l-kbira ta’ Jannar, jiġifieri bejn it-8 u d-29 tax-xahar.
Sabiex jiġi kkumopensat dan in-nuqqas, il-vjaġġi tal-għodwa f’dal-ġranet se jkun kif jidher hawnhekk:
L-Imġarr, Għawdex     Iċ-Ċirkewwa
4.45am                      5.15am
5.30am                      6am
6am                           6.30am
6.30am                      7am
7.00am                      7.30am
7.30am                      8.15am
Fi stqarrija ntqal li jekk ikun hemm il-ħtieġa s-servizz jinqaleb għal wieħed bix-shuttle f’dal-jiem.
Il-Gozo Channel serraħ ras in-nies li jitilgħu bil-karozza, meta qal li l-MV Malita se jkun qed jaħdem biż-żewġ sulari kollha biex jilqa’ l-massimu tal-vetturi.
Temmet tgħid li dawn il-bidliet se jibqgħu sakemm it-temp jippermetti, u ovvjament sakemm jitranġa t-Ta’ Pinu.