Tal-anqas 11-il immigrant mejta f’għarqa oħra fil-Mediterran

Ian-Bateson-Migration-Tunisia-

Read in English.

Tal-anqas 11-il immigrant mill-Afrika mietu meta d-dgħajsa tagħhom għerqet ‘il barra mill-kosta tat-Tuneżija nhar il-Ħadd li għadda hekk kif kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran sal-gżira Taljana ta’ Lampedusa, skond uffiċjal tas-sigurtà Tuneżin.

S’issa ttellgħu mill-baħar l-iġsma ta’ 11-il persuna, fosthom żewġt itrabi, skont kif rappurtat minn Mosaique FM, filwaqt li seba’ persuni kienu salvati. Il-bastiment kien qiegħed iġorr ċittadini mill-pajjiżi lil hinn mid-deżert tas-Sahara. L-operat tat-tfittix u s-salvataġġ għadu għaddej.

Tard il-Ħadd filgħaxija, il-gwardja tal-kosta Tuneżina ġabret l-iġsma ta’ tmien nisa u tlett itfal ftit ‘il barra minn Sfax.

Skont l-uffiċjali, madwar 30 ruħ kienu abbord il-bastiment fi triqthom lejn l-Italja.

Il-gwardja tal-kosta bħalissa qed tkompli tfittex lil dawk li għadhom nieqsa.

Is-sena l-oħra, madwar 90 immigrant Afrikan kienu għerqu hekk kif id-dgħajsa tagħhom inqalbet meta kienu fi triqthom mill-Libja lejn l-Ewropa, f’wieħed mill-iżjed inċidenti traġiċi li qatt seħħew fl-ibħra Tuneżini.