Ta’ Klassi Għalina qed jagħmlu sejħa għall-atturi

Qed issir sejħa għal atturi biex jinterpretaw partijiet importanti għall-aħħar puntati tas-sensiela popolari Klassi Għalina.

It-tim tal-produzzjoni qed jagħmlu sejħa għal atturi nisa w irġiel ta’ bejn l-20 u s-60 sena, u li se jkollhom xeni bil-parlant.

Kull min hu interessat għandu jibgħat CV flimkien ma’ ritratt tajjeb fuq l-indirizz elettroniku alancassar4@gmail.com

Il-filming se jsir lejn l-aħħar ta’ Novembru.