Ta’ Klassi Għalina jxejru l-bandiera Maltija f’Moska

Klassi Għalina

Illum u għada fl-4.15pm l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315, se jkun qed ixandar l-avventura Mission To Moskow mis-sensiela Klassi Għalina. Din l-avventura kienet inħarġet ukoll bħala film fiċ-ċinema.

Kif jindika l-isem tal-film, l-istudenti ta’ Klassi Għalina se jkunu qed jerħulha lejn Moska fir-Russja għal avventura li huma stess qatt ma mmaġinaw li se jgħaddu minnha.

Waqt din l-avventura se jkunu f’tellieqa kontra l-ħin sabiex isalvaw milli jispiċċaw maqbuda mir-Russi kriminali.

Għal min jippreferi jara dan l-avventura sħiħa, Melita More se jerġa jkun qed ixandar dawn iż-żewġ episodji wara xulxin is-Sibt filgħodu mid-10.15am ‘il-quddiem. Is-Sibt ukoll fid-9.15am se jixxandar ukoll l-episodju The Base minn Klassi Għalina filwaqt li mill-12.15pm il-film Klassi Għalina and The History of the World.