Ta’ Klassi Għalina f’avventura matul iż-żminjiet

Illum u għada fl-4.15pm Melita More, Cable Channel 315 se jkun qed juri Klassi Għalina and the History of the World, avventura ftit xejn barra mill-ordinarju għaliex il-klassi tas-Sur Xrieha se timbarkaw f’avventura matul iż-żminjiet, minn Adam u Eva sa Żmien l-Assedju ta’ Malta tal-1565. Il-ġrajja hija dik li l-Gran Mastru La Vallette jinsteraq u b’hekk l-istorja kif nafu aħna ġiet mibdula. Il-famuża Klassi 2b tispiċċa lura fiż-żmien sabiex jippruvaw isalvaw lill-Gran Mastru u b’hekk l-istorja terġa’ sseħħ kif nafuha aħna.

Mhux ser jonqsu postijiet u żminijiet oħra li ser ngħaddu minnhom fosthom Ruma tal-gladjaturi, żmien Romeo u Ġuljetta, it-Transilvanja tal-Konti Dracula fost l-oħrajn … tgħid jirnexxilhom ipoġġu lura l-istorja f’postha?

Għal min jippreferi jsegwi din l-avventura f’darba, is-Sibt mill-12.15 ‘il quddiem, mill-ġdid fuq l-istazzjon Melita More se tkun qed tixxandar sħiħa din l-avventura, eżatt wara li tixxandar ukoll Klassi Għalin: Mission to Moscow, mid-9.15am sa 12.15pm.