Għat-tieni sena konsekuttiva il-kunsillier Naxxari Mark Deguara għamel ġest sabiħ f’għeluq sninu. Għal kull kumment li kellu fuq il-profil tiegħu fuq Facebook f’okkażjoni ta’ għeluq sninu huwa għamel donazzjoni ta’ €1 lil Puttinu.
Huwa kellu aktar minn 500 kumment u għalhekk is-Sur Deguara żied l-ammont li kien se jagħti biex għaqqad is-€600.
Mhux biss iżda wkoll għamel fundraiser fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook u b’hekk ġabar €300 oħra.
Inizjattiva mill-isbaħ li bħa dubju se tkun ta’ għajnuna kbira għal Puttinu.