Ta’ 96 sena joħloq apparat li juża l-enerġija mix-xemx

Arthur Ashkin, biddel il-qiegħ tal-art tad-dar tiegħu f’tip ta’ laboratorju fejn qiegħed jiżviluppa apparat li juża l-enerġija mix-xemx. Ta’ 96, Ashkin huwa l-aktar persuna anzjana li qatt ingħatat Premju Nobel.

L-invenzjoni l-ġdida ta’ Ashkin tuża l-ġeometrija biex tassorbi u tħaddem id-dawl. Għal dan il-proġett Ashkin uża tubi b’konċentraturi li jirriflettu u li mbad jintensifikaw ir-riflessjonijiet tax-xemx, biex b’hekk jagħmlu l-pannelli solari komuni li diġà jeżistu, aktar effiċjenti.

B’hekk Ashkin sab soluzzjoni aktar irħisa minn dik eżistenti biex wieħed jiġġenera d-dawl.