Ta’ 95 sena se jgħaddi ġuri dwar il-massakru f’Auschwitz

Ġermaniż ta’ 95 sena se jgħaddi ġuri dwar l-involviment tiegħu fil-massakru li seħħ fil-kamp ta’ konċentrament f'Auschwitz.
L-eksmembru ta’ Schutzstaffel (SS), Hubert Zafke se jibda l-ġuri tiegħu fid-29 ta’ Frar li ġej f’Neubrandenburg, fil-Ġermanja. 
Huwa kien kompliċi għall-qtil li seħħ f’xahar ta’ mill-inqas 3,681 persuna fl-1944. Qed jingħad li kien assistent mediku tal-SS.
Il-prosekuzzjoni qed tgħid li Hubert Zafke se jibqa’ d-dar.
L-akkużat serva fl-SS f’parti differenti tal-kumpless ta’ Auschwitz minn Ottubru 1943 sa Jannar 1944, tul it-Tieni Gwerra Dinija.
In-Nażisti qatlu iktar minn miljun persuna f’Auschwitz, bil-maġġoranza jkunu Lhud.