Ta’ 8 snin rebbieħa bi tpinġija għal rivista lokali

Julie Vella ta’ 8 snin hi r-rebbieħa bit-tpinġija tagħha għall-faċċata tal-ktieb The Malta Baby & Kids Directory 2017. It-tema kienet Valletta – European Capital of Culture. 
Alexander Busuttil Cazac ta’ 11 il-sena huwa t-tieni r-rebbieħ.
Il-kompetizzjoni ġiet sponsorjata mil-kumpanija Stabilo rappreżentata minn Golden Gate Co Ltd u r-rebbieħa ġew ippreżentati bil-premijijiet waqt it-tnedija tal-11-il edizzjoni ta’ The Malta Baby & Kids Directory 2017 fil-Malta National Aquarium, il-Qawra. 
Il-ktieb huwa referenza essenzjali għall-ġenituri u carers tat-tfal f’Malta u Għawdex.  Jista’ jinxtara minn www.maltababyandkids.com.  In-nisa tqal jistgħu jakkwistaw kopja b’xejn mill-‘Maternity out patients’ ta’ Mater Dei. 
Din is-sena l-ktieb għandu format differenti u fih sezzjonijiet b’informazzjoni dwar tqala,  saħħa,  childcare, skejjel,  ħrug bit-tfal u pariri. Għal iżjed informazzjoni dwar ħwienet, riċevimenti, attivitajiet, sports etċ, tista’ żżur www.maltababyandkids.com
Min jinkiteb b’xejn fuq is-sit jirċievi e-newsletter kull xahar mimli b’aħbarijiet, attivitajiet u kompetizzjonijiet b’rigali sbieħ.