Ta’ 70 sena titla’ “Triq il-Mewt” bir-rota

Mirtha Munoz a 70-year-old runner participates in the Sky Race, Bolivia's toughest cycling competition - Bolivia Skyrace - Yolosa, La Paz, Bolivia - October 5, 2019 Mirtha Munoz in action during the Sky Race. The route known as "The way of death" to reach 4000 meters in the Andean mountains. REUTERS/David Mercado

Read in English.

Mirtha Munoz ta’ 70 sena saret l-ixjeħ persuna li qatt telgħet “Triq il-Mewt” bir-rota. L-anzjana mill-Bolivja ħadet sehem fi Skyrace li hija tellieqa estrema bir-roti li ssir fil-Bolivja stess b’tul ta’ 60 km.

Il-kompetizzjoni ssir f’dik li hija mlaqqma “Triq il-Mewt” minħabba li hija waħda mill-iktar toroq perikolużi u mserrpin b’għoli ta’ 11,000 pied bejn il-ġungla tal-pajjiż u l-qċaċat tal-muntanji bis-silġ tal-Andes. It-tellieqa ssir f’kundizzjonijiet diffiċli ta’ ċpar, xita, blat u rdum wieqaf li huma l-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din ir-rotta li iżda matul is-snin ħalliet ukoll diversi vittmi.

Madankollu dan ma qatax qalb l-anzjana li bdiet issuq ir-rota fuq parir ta’ familtha u ta’ psikologu ħabib tagħha wara li binha miet għal għarrieda. Il-psikologu kien qalilha li r-rota tista’ tgħin biex idderri mill-uġigħ u terġa’ tibni mill-ġdid u s-Sibt li għadda rnexxielha litteralment tilħaq il-quċċata ta’ din il-passjoni ġdida tagħha.