Ta’ 69 sena akkużat li stupra attriċi ta’ 22

L-attur Franċiż Gérard Depardieu ġie akkużat li stupra u aggressa b’mod sesswali attriċi ta’ 22 sena.

Depardieu, raġel ta’ 69 sena, huwa attur famuż ferm fid-dinja tal-film, hekk kif ħadem f’madwar 170 film. L-allegazzjonijiet ta’ kontrih saru b’mod formali mill-attriċi mal-Pulizija, skont stazzjon fuq ir-radju Franċiż. L-avukat ta’ Depardieu saħaq li Depardieu jiċħad l-akkużi b’mod assolut.

Ftit tax-xhur ilu, kien hemm l-iskandlu tal-eks produttur tal-films Harvey Weinstein u l-iżvilupp, bħala riżultat ta’ dan l-iskandlu, tal-#MeToo Movement.