Ta’ 67 sena jinżamm arrestat wara li hedded li jaqta’ ras is-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 67 sena minn Ħal Tarxien inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded lis-sieħba tiegħu li għandha 18-il sena.
Huwa ġie akkużat ukoll li rreżista l-arrest u li kien fis-sakra f’post pubbliku.
Fil-Qorti ntqal li meta ġie arrestat u ttieħed fl-għassa tal-Pulizija beda jhedded lit-tfajla li se jaqtalha rasha u jserviha fuq platt.
Id-difiża ressqet talba għall-ħelsien mill-arrest li ġiet miċħuda mill-Qorti.