Ta’ 60 sena fuq mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta’ mutur ta’ 60 sena weġġa’ gravi  f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-ħabta seħħet bejn il-mutur u karozza misjuqa minn mara ta’ 51 sena għall-ħabta tal-11.30am  fi Triq San Pawl, kantuniera ma’ Triq il-Katidral.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn feriti gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
Ritratt: Media Police