Ta’ 55 sena, Madonna l-aktar ċelebrita’ li daħħlet flus fl-2012

Minkejja li ilhu ftit snin mhux ħażin li Madonna kienet tilħaq il-quċċati fil-popolarità tad-diski fid-dinja, l-aqwa żmien tagħha bħal donnu għadu m’għaddiex.  

Fl-2012, l-istilla tal-mużika pop kienet l-aktar ċelebrità li daħħlet flus, saħansitra aktar mill-multi-miljunraji bħal Spielberg u Oprah Winfrey.  B’kollox, is-sena li għaddiet, Madonna li llum għandha 55 sena daħlet madwar 125 miljun dollaru Amerikan. Flus li ġew mit-tours u l-linja tal-ħwejjeġ ġdida tagħha.  

It-tieni l-aktar ċelebrità li għamel flus kien id-direttur Steven Spielberg b’total ta’ 100 miljun dollaru. Mhux b'films li għamel issa, imma billi nħadmu mill-ġdid f'verżjoni 3D films klassiċi bħal Jurassic Park u E.T.