Ta’ 5 snin iġġorr tarbija nofs mil f’temperatura ta’ -35°C

It-tfal lanqas biss kienu libsin żarbun

Tifel jew tifla ta’ ħames snin, liebes biss kalzetti u ħwejjeġ ħfief, spiċċa jġorr tarbija ta’ 18-il xahar għal nofs mil wara li nqata’ l-elettriku fl-Alaska. It-temperatura rreġistrata kienet ta’ -35°C.

Għadu mhux stabbilit hux tifel jew tifla, hekk kif rapporti fil-midja internazzjonali qed jagħtu verżjonijiet differenti.

Iż-żewġt itfal tħallew id-dar waħedhom. Huma waslu għand il-ġar tagħhom bi ġrieħi mill-kesħa ta’ barra.

Julie Peter, ta’ 37 sena, ġiet arrestata fuq suspett li pperikolat is-sigurtà ta’ żewġ minuri.