Ta’ 48 sena diġà bużnanna

Dar f’Milan, fl-Italja, spiċċat fl-aħbarijiet internazzjonali hekk kif bħalissa qed jaraw jekk kisrux xi rekord.
Kull 16-il sena titwieled ġenerazzjoni ġdida f’familja partikolari ta’ oriġini Peruvjana.
Bit-twelid tat-tarbija Liv Nicool, l-omm għandha 16-il sena, in-nanna għandha 32 u l-bużnanna 48 sena.
Fi ftit ġimgħat oħra t-tarbija tiltaqa’ għall-ewwel darba mal-bużbużnanna.
Skont in-nanna l-ġdida, l-omm u t-tarbija jinsabu qawwijin u sħaħ.