Ta’ 4 snin fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet sular

Read in English.

Tifla ta’ erba’ snin tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn xi għoli f’Għawdex.

L-inċident seħħ fi Triq 31 ta’ Marzu 1979 fir-Rabat fis-1pm.

Il-Pulizija ssejħet fuq il-post fejn instab li t-tifla waqgħet għoli ta’ madwar sular f’maħżen.

Il-vittma ttieħdet l-Isptar Ġeneral t’Għawdex b’ambulanza.