Ta’ 3 snin tmut bil-kesħa; l-għalliema nsietha barra

Tifla ta’ tliet snin iffriżat għall-mewt meta għalliema fi skola Russa nsietha barra wara mixja tal-klassi.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-għalliema ftakret sagħtejn wara, imma Zakhra Rzayeva nstabet bla ħajja wara munzell borra.
It-temperatura kienet ta’ 5 gradi taħt iż-żero.
L-għalliema u l-impjegati tal-iskola qed jiġu interrogati mill-Pulizija.