Ta’ 3 snin tbigħ il-luminata biex tgħin lit-trabi

Ava Lewis tifla ta’ tliet snin f’North Carolina ddeċidiet li tbigħ il-luminata minn gabbana żgħira biex tkun tista’ tgħin lill-ommijiet fil-bżonn.

It-tifla flimkien ma’ ommha qed ibigħu glalen tal-luminata lin-nies tal-lokal barra l-ħanut tax-xagħar ta’ ommha. L-omm spjegat li n-nies qed ifittxu l-luminata ta’ Ana u hemm okkażjonijiet fejn ġieli jiġu meta jkunu magħluqin. Ava issa saret magħrufa bħala “The Lemonade Baby”  wara li l-luminata tagħha marret viral.

L-omm spjegat li t-tifla qaltilha li tixtieq tgħin lit-trabi u minn hemm flimkien bdew jippjanaw kif jistgħu jagħmlu dan. Spjegat li huma ddeċiedew li bil-flus li jaqalgħu jixtru l-bottles u ħrieqi għat-trabi fil-bżonn. Għall-bidu Ava kienet qed tbigħ tazzi bil-luminata biss iżda issa qed tespandi dan in-negozju u qed tbigħ ukoll bil-glalen.

L-omm spjegat meta n-nies bdew imorru bil-kjuwijiet wara li semgħu fejn qed imorru l-flus. It-Tnejn Ava għamlet biżżejjed flus biex tilħaq l-għan li kellha biex tixtri l-ħrieqi u l-bottles għat-tfal li jinsabu f’Durhan Rescue Mission’s Good Samaritan Inn.