Ta’ 26 sena jisraq biex jiffinanzja l-vizzju tad-droga

Il-Qorti ċaħdet li teħles lil raġel li minħabba l-vizzju tad-droga seraq minn għadd ta’ residenzi biex jiffinanzja l-vizzju li kellu.

Ir-raġel ta’ 26 sena minn Bormla kien qed jiġi akkużat li seraq minn għadd ta’ residenzi ġirien tiegħu għal tliet darbiet f’perjodu ta’ għaxart ijiem.

Il-Qorti semgħet kif fil-25 ta’ Novembru, l-akkużat seraq rota u pittura li tiswa l-flus filwaqt li fl-1 ta’ Diċembru seraq tagħmir dekorattiv mid-dar li seraq minnha.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat li r-raġel jinħeles għax beżgħet li seta’ jkollu kuntatt mal-vittmi u mal-provi minħabba li waħda f’waħda mill-okkażjonijiet ta’ serq seħħet f’appartament fl-istess blokka fejn kien joqgħod.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.