Ta’ 25 sena tmut u tħalli warajha tliet itfal

Omm ta’ 25 sena u omm ta’ tliet itfal mietet wara li waqgħet 11-il sular. L-omm kienet propju fil-11-il sular ta’ blokka fiċ-ċentru tal-belt ta’ Birmingham fl-Ingliterra.

Fti tal-ħin wara l-inċident, il-pulizija arrestat raġel ta’ 30 sena li kien suspettat li kellu x’jaqsam mal-każ. Ir-raġel għadu taħt garanzija tal-pulizija.

L-omm sofriet minn ġrieħi gravi u sfortunatament mietet ġimgħa wara l-inċident. Il-familjari u l-ħbieb tagħha, iddispjaċuti għal li ġara, nedew kampanja biex jiġbru £4,000 biex ikunu jistgħu jagħmlulha funeral xieraq.