Ta’ 21 sena jipprova jisraq minn dar

21 sena jipprova jisraq dar
Arkivji

Żagħżugħ ta’ 21 sena ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li pprova jisraq minn dar f’Birkirkara.

Fil-Qorti nstema’ kif Melchior Portelli minn Ħal-Qormi pprova jisraq minn dar flimkien ma’ tliet persuni oħra fit-28 ta’ Lulju. Ġie akkużat b’attentat ta’ serq aggravat bi vjolenza u li kien reċediv. Intqal li ż-żagħżugħ kien ikkoopera fl-investigazzjoni. Fl-aħħar ġimgħat, it-tliet persuni l-oħra tressqu l-Qorti. Tnejn minnhom wieġbu li ma kienux ħatja.