Żagħżugħ ta’ 18-il sena nżamm arrestat għax ittraffika d-droga

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ traffikar ta’ droga.

L-Ingliż tressaq quddiem il-Maġistrat Paul Coppini fil-Qorti ta’ Għawdex wara li nhar il-Ġimgħa ġie arrestat fi Triq Enrico Mizzi r-Rabat Għawdex.

AQRA: Żagħżugħ arrestat f’Għawdex fuq traffikar ta’ droga

Huwa ġie akkużat bil-pussess tad-droga cannabis kif ukoll bit-traffikar tagħha f’distanza ta’ 100 metru minn post li huwa frekwentat miż-żgħażagħ. Dan minħabba li fl-istess triq hemm l-iskola sekondarja tas-Seminarju Minuri ta’ Għawdex

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.