Ta’ 17-il sena jneħħi ħajtu – vittma ta’ rikatt fuq l-Internet

Żgħażugħ Skoċċiż, ta’ 17-il neħħa ħajtu wara li safa vittma ta’ rikatt fuq l-internet.

Jidher li f’dawn l-aħħar xhur, Daniel Perry kien mingħalih qed jitkellem ma’ tfajla tal-età tiegħu minn Illinois, l-Istati Uniti. Wara xhur li kien ilu f’kuntatt magħha, irċieva messaġġ li jekk ma jiddepożitax ammont ta’ flus, dawn iċ-chats jiġu mxandra online mal-ħbieb u l-familjari tiegħu.

Omm Daniel, li ddeskrivietu bħala bniedem ferrieħi, qalet li minkejja li ma kien qed jagħmel xejn ħażin, Daniel ħaseb illi jekk jiġu ppublikati dawn iċ-chats, kien se jkun imbarazzat.

Il-pulizija Skoċċiza qed tinvestiga dan il-każ wara li hu mifhum li Daniel Perry kien il-mira ta’ nies li rrikattawh u qed tappella biex min jaħseb li hu l-mira ta’ każi simili, jirraporta mill-ewwel.

Dan il-każ isegwi każ simili fejn, Hannah Smith ta’ 14-il sena, neħħiet ħajjitha wara li kienet ibbuljata fuq Ask.fm.