Ta’ 16-il sena jintbagħat il-ħabs għax qatel fi skola

Żgħażugħ ta’ 16-il sena ingħata sentenza ta’ disa’ snin priġunerija wara li qatel lil sieħbu tal-istess età fi skola f’Aberdeen.
Bailey Gwynne miet wara li sieħbu laqtu f’qalbu f’Ottubru li għadda.
Iż-żgħażugħ ingħata sentenza fuq l-użu ħażin tas-sikkina u dwar qtil.
Il-Qorti f’Edinburgh ordnat biex ismu ma jixxandarx u qalet ukoll biex it-tifel ikun taħt superviżjoni għas-sentejn li ġejjin.
Jidher ukoll li t-tifel kien xtara armi onlajn u kien qed joħodhom miegħu l-iskola. Il-Qorti qalet li dan “l-att kien serju ħafna”.
Il-ġlieda bdiet wara argument fuq biskuttina fl-iskola stess.
Il-ġuri fil-Qorti f’Edinburgh fam siegħa u 40 minuta biex isib liż-żgħażugħ ħati. Wara l-verdett, omm Bailey qalet li dan il-ġuri mhux se jġib lil binha “l-maħbub” lura.