Ta’ 16-il sena jħebb u jisraq anzjan

Żagħżugħ ta’ 16-il sena wieġeb ħati li aggredixxa u seraq anzjan f’San Pawl il-Baħar.

Fil-Qorti instema’ kif iż-żagħżugħ li huwa Serb ġie akkużat b’serq aggravat. Hu seraq madwar €1,100 mill-anzjan ta’ 74 sena. Ħareġ li ż-żagħżugħ kien segwa lill-anzjan wara li dan kien għamel użu minn ATM u wara li sawwtu ħadlu l-flus li kellu fuqu.

Il-Qorti ordnat li joħroġ rapport qabel ma tingħata s-sentenza. Intant il-maġistrat talbet għal kooperazzjoni sħiħ mill-akkużat u l-qraba tiegħu. Iż-żagħżugħ baqa’ jinżamm taħt arrest.