Aġġornata: Ta’ 16-il sena arrestat wara li aggredixxa mara b’sikkina

Żagħżugħ ta’ 16-il sena ġie arrestat wara li allegatament aggredixxa mara b’sikkina f’San Pawl il-Baħar u ħarab minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30am f’dar fi Triq il-Knisja.
Il-mara ta’ 51 sena minn San Pawl il-Baħar stess, ittieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.