Aġġornata: Ta’ 15-il sena rrapurtat nieqes; jirritorna d-dar

Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li lbieraħ kien irrapurtat nieqes lill-Pulizija irritorna d-dar kmieni dalgħodu.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li t-tifel huwa Nor Al Den Gohar li deher l-aħħar f’dar f’San Ġwann. Kien liebes flokk u papoċċ (running shoes) aħdar, qalziet iswed bi ftit abjad u kien qed iġorr skateboard blu u isfar b’disinn ta’ ljun.