Ta’ 14-il sena jinfaqa’ jibki wara li jgħidulu li sejjer il-ħabs

It-tifel ta’ 14-il sena li tressaq il-Qorti akkużat li nhar l-Erbgħa seraq rota li tiswa €573, infaqa’ jibki wara li sar jaf li kien se jinżamm taħt arrest wara li wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba konrih.
It-tifel tressaq il-Qorti llum akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu, żewġ uffiċjali tal-Pulizija, l-avukat tad-difiża u l-ħaddiem soċjali assenjat għalih mill-Appoġġ.
Fil-Qorti nstema’ li t-tifel seraq rota ta’ We The People, f’Bormla. It-tifel biegħ ir-rota għal €100 u qasam il-qligħ ma’ ħabib tiegħu.
Skont l-avukat tad-difiża, l-atteġġjament tat-tifel kien tali minħabba l-vizzju tad-droga, u saħqet li m’hemmx programmi kontra d-droga għall-persuni tal-età tiegħu.
Il-Qorti ordnat li t-tifel jinżamm fil-Young Offenders Unit (YOURS) sakemm jitkompla jinstema' l-każ. Il-Qorti ordnat ukoll li t-tifel jiġi assenjat ma' tim ta’ professjonisti sabiex jgħinuh joħroġ mill-vizzji, liema tim irid jirrapporta lura lill-Qorti dwar il-progress li jkun qed jagħmel it-tifel.