Ta’ 14-il sena arrestat dwar abbuż sesswali li xandar ‘live’ fuq Facebook

Tifel ta’ 14-il sena ġie arrestat f’Chicago fl-Istati Uniti b’rabta ma’ attakk sesswali fuq tfajla, li xxandar live fuq Facebook.
Fi tmiem il-ġimgħa, il-Pulizija f’Chicago arrestaw l-ewwel minn grupp ta’ żgħażagħ b’rabta ma’ dan il-każ.
Omm it-tfajla li sfat vittma ta’ dan l-attakk avviċinat lill-Pulizija wara konferenza tal-aħbarijiet mhux relatata mal-każ, u wriethom ir-ritratti ta’ bintha waqt li ġiet attakkata minn ħames jew sitt ġuvintur.
Stqarret li saret taf bil-filmat minn qarib tagħha.