Ta’ 14-il sena akkużat li qatel raġel b’sikkina fi Bristol

Tifel ta’ 14-il sena qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ raġel b’daqqiet ta’ sikkina fi Bristol fir-Renju Unit.

Il-BBC irrapporta kif il-vittma nstab f’kundizzjoni kritika ftit qabel is-6pm il-Ġimgħa fiż-żona magħrufa bħala St Pauls. Hu miet ftit tal-ħin wara.

It-tifel se jkun qed jitressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fi Bristol illum akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ arma taqta’ u bil-ponta. Il-ġimgħa kien ġie arrestat żagħżugħ ta’ 20 sena iżda li ġie meħlus mingħajr akkużi.

L-uffiċjal investigattiv Andy Mott irringrazzja lill-komunità lokali tas-sapport u l-paċenzja waqt l-investigazzjoni preliminarja. Hu rringrazzja wkoll lil dawk kollha li marru għand il-Pulizija b’informazzjoni dwar il-każ traġiku tal-Ġimgħa.