Ta’ 12-il sena tmut bil-coronavirus fl-Ingilterra

Persuna ta’ 12-il sena mietet minħabba l-coronavirus fl-Ingilterra.

Il-BBC irrapporta li NHS England ħabbret 157 mewt ta’ nies li ttestjaw pożittiv għall-COVID-19.

Fost dawk li mietu kien hemm persuna ta’ 12-il sena li kellha problem tas-saħħa oħra. L-iżgħar persuna li NHS England qalet li mietet bil-virus s’issa kienet tarbija ta’ sitt ġimgħat.

Kien hemm aktar minn 25,000 persuna li mietu fl-isptarijiet Ingliżi. L-imwiet ġew reġistrati bejn l-1 u 22 ta’ Mejju għajr għal tlieta li ġraw f’April.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn