Ta’ 11-il sena jispiċċa bbuljat għax kunjomu Trump

Tifel ta’ 11-il sena se jispiċċa jibdel kunjomu wara li spiċċa vittma ta’ bbuljar fl-iskola tiegħu minħabba li kunjomu huwa Trump.

Il-ġenituri ta’ Joshua Trump spjegaw li binhom beda jgħaddi minn martirju sħiħ malli l-President Donald Trump beda jikkontesta l-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Istati Uniti. It-tfal l-oħra bdew jgħajjruh kliem bħal “stupidu” u “idjota”, minkejja li ma għandu l-ebda tip ta’ relazzjoni ma’ Trump.

Joshua għamel sena jiġi mħarreġ f’darhu mbagħad ittieħdet id-deċiżjoni li jibda jattendi t-Talley Middle School f’Welmington. Madanakollu l-ibbuljar baqa’ għaddej. Ommu spjegat kif Joshua spiċċa jgħid kliem dispreġġjanti fuqu nnifsu u saħansitra insista li ma jridx jibqa’ jgħix jekk se jibqa’ jiġi trattat b’dan il-mod.

Il-ġimgħa l-oħra, il-ġenituri tiegħu irrappurtaw li binhom kien qed jiġi msawwat meta jkun fuq it-trasport tal-iskola.