Ta’ 102 sena fieqet mill-coronavirus

Mara Taljana ta’ 102 sena mlaqqma ‘The Immortal’ fieqet mill-Covid-19 wara li għamlet  20 ġuranata fl-isptar.

Italica Grondano rriżultat pożittiva bil-virus tal-qattiel u ttieħdet fl-isptar San Martino ta’ Ġenova fil-bidu ta’ Marzu.  Mal-wasla tagħha Grondona kienet ittrattata għall-virus u għal attakk tal-qalb ħafif.

It-tabiba li ħadet ħsiebha, Vera Sicbaldi, qalet li l-mara “kellha biss sintomi ħfief ta’ koronavirus u għalhekk ittestajnieha u kienet pożittiva. Ittrattajnieha bħall-pazjenti l-oħra. Hija rkuprat waħedha.”

Il-fejqan tal-anzjanaTaljana tant impressjonaw lit-tobba li tawha laqam l-laqam ta’ The Immortal. Dan l-isem ġej mill-film Highlander tal-1986 dwar gwerrier immortali li ma jmut qatt mill-Highlands Skoċċiżi.

It-tabiba qalet ukoll li kien possibbli li minħabba l-età ta’ Grondona hija setgħet ukoll kienet waħda mill-uniċi pazjenti li baqgħu ħajjin wara l-influwenza Spanjola tal-1918.