​Ta’ 101 jiċċelebra għeluq sninu fuq il-post tax-xogħol

Raġel Amerikan qatta’ għeluq il-101 sena fuq il-post tax-xogħol, f’impjieg li ilu fih għal 73 sena.
Minkejja l-età tiegħu, Herman Goldman isuq għax-xogħol erbat ijiem fil-ġimgħa. Huwa jaħdem ma’ kumpanija li tinstalla d-dwal.
Kien jgħid li jirtira hekk kif jagħlaq il-mitt sena, iżda meta għalaqhom reġa’ bdielu.
Goldman ilu jaħdem mal-istess kumpanija mill-1941. Waqaf biss għal ftit żmien biex iservi fl-Armata Amerikana fit-Tieni Gwerra Dinjija.