Sylvester Stallone u Richard Gere argumentaw minħabba l-Prinċipessa Diana

Sylvester Stallone u Richard Gere kienu kważi spiċċaw fl-idejn minħabba l-Prinċipessa Diana. Dan ġie żvelat fl-awtobijografija Me: Elton John Official Autobiography li fiha l-kantant Ingliż żvela li ż-żewġ atturi ta’ Hollywood kienu attirati lejn il-Prinċipessa Diana. Waqt ikla fid-dar ta’ Elton John fil-bidu tad-disgħinijiet, Stallone beda jgħir għall-attenzjoni li l-Prinċipessa bdiet tagħti lil Gere. Elton John jirrakkonta kif waqt il-festin ta’ wara l-ikla, ir-raġel tiegħu David Furnish sab liż-żewġ atturi jargumentaw fil-kuritur dwar il-Prinċipessa Diana li min-naħa tagħha ma kinitx konxja ta’ dan kollu.

Fl-awtobijografija Elton John jirrakkonta wkoll kif il-ħbiberija mal-Prinċipessa Diana kienet majnat ħafna minħabba din bidlet il-ħsieb u rrifjutat li tikteb id-daħla tal-ktieb ta’ Gianni Versace Rock and Royalty li l-qligħ minnu kien se jmur għall-AIDS Foundation. Din il-ħaġa rrabjat lil Elton John u fil-ktieb jistqarr li minn dakinhar il-ħbiberija tagħhom ma baqgħetx l-istess. Eltom John kien kanta waqt il-funeral tal-Prinċipessa Diana fl-1997 fejn kienet spikkat il-kanzunetta li ddedika għaliha Candle in the Wind.