Swiss Roll

Riċetta u ritratt ta’ Carmen Farrugia

Ingredjenti

Għall-isponge

4 bajdiet (jiżnu 250g) bil-qoxra b’kollox
250g zokkor
250g dqiq self-raising
1 mgħarfa vanilla
qoxra ta’ lumija maħkuka
Skont kemm jiżen il-bajd trid tiżen l-istess ammont tal-ingredjenti l-oħra

Metodu

Itfa’ l-bajd, il-vanilla, il-qoxra ta’ lumija u zokkor ġo bowl tal-food processor jew uża l-beater tal-idejn. Ħawwad sew u wara żid id-dqiq u ħawwad tajjeb.

Itfa’ t-taħlita ġo dixx tawwali lest bil-karta tal-forn.

Aħmi fil-forn b’temperatura ta’ 180˚Ċ għal 25 minuta sakemm jiħmar il-wiċċ u n-nofs ikun sar sewwa.

Oħrog mill-forn u ħalli tiksaħ.

Wara oħroġ mid-dixx u gerbeb bħal romblu billi taqla’ il-karta tal-forn ftit ftit u erġa’ gerbeb fil-karta tal-forn u ħalliha tieħu l-forma.

Għall-krema

pakkett whipped cream

nofs ċikkulata tat-tisjir imdewba

ġobon mascarpone

2 mgħaref peanut butter

ħalib kiesaħ skont l-istruzzjoni tal-pakkett

icing sugar għal wiċċ

frott frisk biex iżejjen

Metodu

Itfa’ l-whipped cream u ħalib ġo bowl u ħaddimha tajjeb bil-beater sakemm il-krema ma taqax minn mal-beater.

Ġo bowl oħra itfa’ l-ġobon mascarpone, iċ-ċikulata mdewba u l-peanut butter. Ħawwad bil-beater u wara żidha mal-whipped cream u erga’ ħawwad kollox flimkien.

Ħalli l-krema toqgħod ftit fil-friġġ.

Iftaħ l-isponge u ferrex il-krema u llixxaha iżda tasalx sax-xifer. Erġa’ rrombla l-isponge forma ta’ romblu u ferrex ftit icing sugar fuq il-wiċċ.

Żejjen bil-frott għall-gosti tiegħek u wara poġġi fil-fridge.

Għall-isponge importanti li d-dixx ikun tawwali ħalli tkun tista’ dawwarha sewwa.