Ingredjenti
2 bajdiet kbar
50g zokkor
2 mgħaref zokkor oħra
50g dqiq self-raising
100g ġamm tal-frawli
Metodu
Saħħan il-forn għal 177˚Ċ/350˚F. Idlek bil-butir il-landa fejn se ssajjar is-Swiss roll u iksi b’karta strazza.
Ħabbat il-bajd maz-zokkor għal 5 minuti b’whisk tal-elettriku sakemm ikollok taħlita bajdanija u magħquda. B’imgħarfa tal-metall daħħal id-dqiq fit-taħlita ftit ftit. Ferragħ fil-landa u aħmi għal madwar 10-12-il minuta sakemm issir kulur dehbi. Issajjarx iżżejjed għax tinqasamlek meta tirromblaha.
Waqt li l-isponge tkun qed tinħema roxx 2 magħref zokkor fuq karta strazza fejn se taqleb is-Swiss roll. Saħħan il-ġamm fil-microwave għal 20 sekonda.
Aqleb l-isponge fuq il-karta strazza biz-zokkor. Neħħilha l-karta u ifrex il-wiċċ bil-ġamm sħun. Irrombla l-isponge u ħalliha tiksaħ sew.