Swab tests f’Għawdex fix-Xewkija

Read in English.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li qed isiru l-preparamenti biex jibdew isiru t-testijiet għall-Covid-19 f’Għawdex stess.

Huwa ppubblika ritratt tal-eks VIP Lounge tal-Heliport ta’ Għawdex li jinsab fix-Xewkija fejn qal li hemmhekk se jsir Testing Hub għall-Covid-19. Qal li din il-ħidma saret f’72 siegħa biex Għawdex ukoll ikollu l-faċilitajiet neċessarji.

Dan wara li s-Sibt Newsbook.com.mt żvela kif l-iswabs għall-Covid-19 kienu qed jiġu ttestjati kollha fil-laboratorji f’Malta anke dawk li jkunu ttieħdu mill-pazjenti kemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll fil-komunità.

Ilbieraħ il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jintroduċi hubs ġodda għall-ittestjar tal-iswabs anke f’Għawdex.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn