Sustanzi tossiċi jinstabu fi ħrieqi fi Franza

Ammont ta’ sustanzi tossiċi, li jinkludi glyphosate li huwa użat biex jitneħħa ħaxix ħażin, instabu fil-ħrieqi tat-trabi fi Franza.

Dan skont studju maħruġ mill-aġenzija ambjentali Franċiża ANSES.

Mill-istudju ħareġ li nstabu anki kimiċi li jinstabu fi prodotti tal-make-up u anki ċerti kimiċi aromatiċi, li kollha kemm huma huma ta’ riskju. Il-Gvern Franċiż, min-naħa tiegħu, qal li l-produtturi u l-bejjiegħa tal-ħrieqi għandhom jiżguraw li s-sustanzi jitneħħew. Il-Ministeri tas-Saħħa u tal-Finanzi ħarġu stqarrija flimkien jgħidu lill-kumpaniji jieħdu passi biex jeliminaw is-sustanzi sa 15-il ġurnata oħra.