Suspettat li ttraffika l-kokaina u l-kannabis; jinżamm taħt arrest preventiv

CMRU

Raġel wieġeb mhux ħati li jagħmel parti minn grupp kriminali organizzat li jimporta l-kannabis u l-kokaina għat-traffikar. Huwa qed jinżamm taħt arrest preventiv.

L-Ingliż ta’ 33 sena li joqgħod f’Malta tressaq il-qorti llum mixli li kien kompliċi sabiex iddaħħlet il-kannabis f’Malta. Il-Pulizija fittxet fid-dar tal-akkużat u minkejja li ma sabitx droga, sabet €70,00 fi flus kontanti u żewġ arloġġi li l-valuri tagħhom huwa ta’ €24,000. Huwa ġie arrestat flimkien ma’ żewġ irġiel oħra lbieraħ.

Aqra: Arrestati 3 irġiel parti minn grupp kriminali li jdaħħal il-kokaina f’Malta

L-akkużat, li hu riċediv, wieġeb mhux ħati.

L-Ispetturi tal-Prosekuzzjoni Kevin Pulis u Jonathan Cassar talbu lill-Qorti tiffriża l-assi tal-akkużat. Il-Maġistrat Monica Vella laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni, u ordnat li jinżamm il-ħabs taħt arrest preventiv.