Suspettat bil-qtil ta’ tifel fl-1998; arrestat fi Spanja

Wara 20 sena ta’ tfittxija, il-Pulizija Netherlandiża waslet għall-arrest ta’ Netherlandiż suspettat bil-qtil ta’ tifel ta’ 11-il sena fl-istess pajjiż, skont prosekutur.

Il-Pulizija Spanjola arrestat raġel ta’ 55 sena, Jos Brech, li beda jissemma pubblikament bħala dak suspettat bil-qtil matul il-ġimgħa li għaddiet.

L-investigaturi Netherlandiżi qalu li d-DNA tas-suspettat kienet taqbel mat-traċċi li nstabu fuq il-ġisem u l-ħwejjeġ ta’ Nicky Verstappen, li nstab mejjet fl-10 ta’ Awwissu tal-1998, viċin żona ta’ kampijiet tas-sajf fin-Netherlands. Hu kien qiegħed camping u kien sparixxa l-lejl ta’ qabel.

Id-DNA ġiet imqabbla f’Ġunju ta’ din is-sena wara li qraba tas-suspettat ipprovdew id-DNA tiegħu wara li rrappurtawh nieqes f’April.