Suspett tal-ewwel każ tal-coronavirus fil-Korea ta’ Fuq

KCNA via REUTERS

Il-Korea ta’ Fuq tinsab fi stat ta’ emerġenza peress li hemm suspett tal-ewwel każ ta’ coronavirus fil-pajjiż.

Dan jaf ġie trażmess mill-Korea t’Isfel wara li persuna qasmet il-fruntiera illegalment. Il-belt fejn hemm dan il-każ suspettat tqiegħdet taħt lockdown.

Jekk jiġi konfermat, dan ikun l-ewwel każ fil-Korea ta’ Fuq rikonoxxut mill-awtoritajiet.

Il-President Kim Jong-un kellu laqgħa ta’ emerġenza ma’ esponenti tal-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-konfini ta’ din il-belt.