Filmati u ritratti: Jirriżulta fin-negattiv suspett ta’ splussiv ma’ vann fi Gwardamanġa

Read in English.

Irriżulta fin-negattiv suspett ta’ splussiv ma’ vann fi Triq l-Ursolini fi Gwardamanġa.

It-Taqsima tal-Bomb Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta u uffiċjali tal-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, ftit wara s-7pm.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt minn fuq il-post, ġiet evakwata l-binja ta’ kumpanija tal-gaming li tinsab biswit il-parkeġġ tal-Isptar San Luqa. Il-vann suspettat kien ipparkjat f’dan il-parkeġġ.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat ukoll li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm theddida oħra ta’ bomba fl-istess inħawi.

Filmati: Josianne Vella