Aġġornata: L-ebda bomba f’Tal-Barrani

Kien hemm suspett ta’ bomba fi Triq tal-Barrani f’Raħal Ġdid, iżda wara tfittxija mill-Pulizija u l-membri tal-Forzi Armati mid-Dipartiment tal-EOD, ma nstab xejn.

Il-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li t-triq ingħalqet wara li kien hemm suspett ta’ theddida ta’ bomba f’Raħal Ġdid. Huma ġew infurmati b’dan fil-5.15pm.

Fuq il-post issejħu tat-Taqsima tal-Isplussivi biex jispezzjonaw iż-żona.