Suspett li nstabet karozza li ntużat fl-attakki ta’ Pariġi

Instabu numru ta’ Kalashnikovs f’karozza sewda tat-tip Seat li nstabet abbandunata fil-Lvant ta’ Franza f’Montreuil.
Sorsi ġudizzjarji qed isostnu li hu ssusspettat li din hi karozza li ntużat mit-terroristi biex jaħarbu minn fuq il-post wara l-attakki li wettqu fi Franza.
Iktar kmieni l-awtoritajiet Franċiżi rnexxielhom jidentifikaw wieħed mill-aggressuri, Omar Ismail Mostefai, ċittadin Franċiż, għandu 29 sena u huwa magħruf sew mal-Pulizija Franċiża.
Sadanittant, il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls qal li 103 vittma mill-129 li nqatlu ġew identifikati, jiġifieri fadal issa 26 oħra x’jiġu identifikati.