Suspett f’żgħażugħ li qatel lill-ġenituri tiegħu fl-Istati Uniti

Il-Pulizija tal-Istati Uniti qed tfittex it-tifel ta’ kopja li inqatlet fl-Università taċ-Ċentru ta’ Michigan skont uffiċjali tal-kampus.

Skont is-sit CNN, it-żagħżugħ li għandu 19-il sena huwa suspettat f’każ li l-Pulizija qed issejjaħ li kien argument bejn membri ta’ familja. Din kienet it-12-il sparatura li seħħet fi skola tal-Istati Uniti din is-sena.
Is-CNN qal li xi ħadd qrib il-familja qal li l-familja tinsab taħt xokk qawwi u li qed tipprova tifhem eżatt x’ġara.
Skont il-Pulizija, is-suspettat għadu ma nqabadx u qed jiġi kkunsidrat li għadu armat.
Il-Pulizija qalet ukoll li kienet tkellmet mas-suspettat il-Ħamis filgħaxija. Qalet li is-suspettat kien ittieħed l-isptar, x'aktarx minħabba xi inċident b’rabta mad-droga.