Surplus ta’ €44 miljun fl-ewwel tliet xhur tas-sena

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, bejn Jannar u Marzu, il-Gvern irreġistra surplus ta’ €44.2 miljun.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’dan il-perjodu, id-dħul totali tal-Gvern kien ta’ €972.2 miljun, żieda ta’ aktar minn €137.2 fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Id-dħul żdied l-aktar bis-saħħa tal-produzzjoni tas-suq (€46.4 miljun) u t-taxxa tad-dħul (€41.1 miljun).
F’dan l-ewwel kwart tas-sena, in-nefqa tal-Gvern kienet ta’ €935 miljun, jiġifieri żieda ta’ €24.7 miljun fuq l-istess tliet xhur tal-2016.
Intant l-istess statistika turi li d-dejn tal-Gvern sal-aħħar ta’ Marzu żdied b’€72.8 miljun biex kien jammonta għal total ta’ €5,919-il miljun.