Surplus ta’ €64 biljun għat-28 pajjiż tal-UE

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, it-28 pajjiż tal-UE għamlu surplus ta’ kważi €64 biljun. Skont statistika tal-Eurostat, l-akbar surplus f’pajjiżi individwali kienu dawk tal-Ġermanja li qabeż il-€71 biljun. Wara jiġu l-Astrija, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja. Min-naħa l-oħra, l-akbar deficits huma dawk reġitsrati fir-Renju Unit, fi Franza u fil-Greċja.

Il-Eurostat qal li s-surplus totali tal-UE naqas marġinalment meta mqabbel mal-aħħar erba’ xhur tas-sena l-oħra. L-ogħla ċifra reġistrata f’kummerċ ma’ pajjiżi oħra kienet dik mal-Istati Uniti b’iktar minn €60 biljun. Fejn jidħlu s-sieħba kummerċjali ewlenin tal-UE, eżatt wara l-Istati Uniti, jiġu l-Iżvizzera, il-Brażil u l-Kanada.

Il-Eurostat issemmi kif fl-istess perijodu, l-assi totali ta’ investiment dirett fl-UE kollha żdiedu bi €52 biljun.