Surġent u kuntistabbli feruti wara li żagħżugħ irreżista l-arrest

Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija ġew feruti minn raġel li kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Pulizija rċevew rapport li kien hemm persuna suspettuża ġo ġnien Vilhena fil-Furjana.
Pulizija mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fil-post indikat lilhom, fejn kif waslu sabu raġel jaqta’ ħaxix b’arma bil-ponta.
Il-Pulizija ordnatlu jneħħi l-arma minn idejh iżda hu beda jirreaġixxi b’mod aggressiv u jxejjer l-arma. Huwa rreżista l-arrest tant li l-Pulizija weġġgħu biex arrestawh.
L-agressur huwa miċ-Chad u għandu 23 sena.
Iktar tard il-Kuntistabbli ġie ċċertifikat li sofra ksur, filwaqt li s-Surġent sofra ġrieħi ħfief.